Iltqajt ma' dan l-artiklu fuq L'Equipe li janalizza l-aħħar battalja - waħda Minn ħafna - bejn in-Nike u l-Adidas. Mid-dehra t-tnejn li Huma qed jippruvaw ikunu tal-ewwel li joħorġu b'idea għal tip ta' żarbun tal-futbol ġdid.
Nike Magista u Adidas Primeknit huma ż-żewġt iżraben fir-ritratt. Aktar ifakkruk fil-basketball, imma mid-dehra diġà ppruvawhom xi plejers kbar fit-training. Fosthom Mario Götze. Mhux insinifikanti meta tqis li l-Adidas huma mhux biss sponsors eterni tal-Bayern, imma anki shareholders.
Jidher li għadu mhux deċiż meta se jitnedew fil-verità. In-Nike jinsabu f'fażi aktar avvanzata u hemm min qed jgħid li nistgħu naraw dawn iż-żraben anki fiċ-Champions League. M'għandniex xi ngħidu, l-akbar vetrina hi t-Tazza tad-Dinja (Cristiano Ronaldo, li huwa fost l-immaġni ewlenin tan-Nike, diġà qal li mhux se jkun qed juża dan iż-żarbun).
Skont l-istess ariklu, Ronaldo s'issa akkumula €148 miljun matul il-karriera tiegħu, €2 miljuni aktar minn Messi.
Il-proporzjon tal-flus li jaqla' Ibrahimovic mal-goals li jiskurja huwa ta' €394,595 għal kull goal.
U bilħaqq...il-Magista mistenni jkun jiswa xi €275. Ara meta tifel jibda jgħid lil missieru, "Pa, irrid żarbun tal-futbol ġdid!"