Get Even More Visitors To Your Blog, Upgrade To A Business Listing >>

Ilbieraħ


Kont qed naħbat nitlef il-fiduċja. Għall-ewwel darba. Ma kinitx paper li twebbilt li nikteb.

Qbadt nidħol ftit aktar fil-fond fuq il-match-fixing u fil-miljun mod kif dan qed jirrovina l-logħba. U appuntu, bdejt nitlef il-fiduċja - jekk kien hemm bżonn - li dil-logħba se titlef l-aktar aspett importanti tagħha: l-imprevedibbiltà.

Imbagħad ilbieraħ kelli test. Il-logħba tal-Milan, id-dmugħ ta' min se jieqaf, se jitlaq, jew se jibqa'. U kif spiċċa l-league Ingliż, 

Tista' tkun ċiniku kemm trid, imma ma flaħtx nara 'l Gattuso jibki, lil Zambrotta jistħi u jaħbi wiċċu, lil Ambrosini qisu qed jitlef lil ħuh. U Minn banda nibda nħossha naqra sproporzjonata l-emozzjoni. Dawn nies li fil-verità ma nafhomx minn Adam, m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-affarijiet li jġiegħluna nibku fil-ħajja ta' vera!

Imma le, dawn nies li għalkemm ma jafuniex, aħna nafuhom. U nafuhom sew. U nitkellmu dwarhom, narawhom, nisimawhom, naqraw x'jgħidu kuljum. X'aktarx aktar spiss milli nara u nisma' 'l tal-familja!

Stramba meta Jitlaq Jew jirtira player. Niftakar l-aħħar logħba ta' Van Basten, ta' Baresi, ta' Maldini. Tintebaħ li dawn ikunu kibru miegħek, dejjem hemm lesti biex ipaxxuk u joffrulek emozzjonijiet bla qies. Imbagħad f'daqq waħda meta jieqfu tirrealizza li ż-żmien li għadda minn fuqhom, għadda minn fuqek ukoll. Kif isaffar ir-referee ma tibqax mingħalik li tista' xi darba ssir player kbir daqshom, tħares madwarek u tinduna li sirt raġel, u issa Gattuso bjaditlu xagħru. 

Le, min ma jħobbx il-futbol qatt ma jista' jifhem xi jfisser. Inutli nipprova nkun razzjonali u nispjega ruħi. 

U bilħaqq, fuq kif spiċċa l-league Ingliż...xorta għokritni għajnejja...


This post first appeared on Futbolite, please read the originial post: here

Share the post

Ilbieraħ

×

Subscribe to Futbolite

Get updates delivered right to your inbox!

Thank you for your subscription

×